Struttura

L-Uffiċċju Konġunt iwettaq l-implimentazzjoni tal-Att dwar Proprjetà ta’ Entijiet Ekklesjastiċi. Huwa mmexxi mill-Kap tal-Uffiċċju Konġunt li jinħatar bi ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u s-Santa Sede. L-Uffiċċju Konġunt huwa kompost minn tliet sezzjonijiet ewlenin:
Is-Sezzjoni tar-Reġistrazzjoni li tikkordina u tissottometti applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà (f’isem il-Gvern ta’ Malta mal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Is-Sezzjoni għar-Rikonċiljazzjoni u l-Migrazzjoni li hija responsabbli għall-verifiki u r-riċerka dwar proprjetajiet inklużi fl-Att, għat-tlestija tal-iskedi ta’ korrezzjoni għall-approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Kontroll, għar-rikonċiljazzjoni tal-valur kapitalizzat tal-proprjetà u l-migrazzjoni tal-fajls lill-Awtorità tal-Artijiet. Is-sezzjoni tikkordina wkoll il-ħruġ ta’ Stocks skont l-Artikoli 6 u 7 tal-Att, u tamministra l-Iskema ta’ Fidi tat-TDD 2019 (il-fidi eventwalment jitwettaq mill-Awtorità tal-Artijiet).

Is-Sezzjoni tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni li topera f'funzjoni ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet kollha tal-Uffiċċju Konġunt. Il-funzjonijiet jinkludu Finanzi, Maniġment tar-Riżorsi Umani, Payroll, Reġistru tal-Akkwisti u Operazzjonijiet.