IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-funzjonijiet tal-Uffiċċju Konġunt huma:

L-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tal-proprjetà immobbli ttrasferita lill-Gvern mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi skont l-Att dwar Proprjetà ta’ Entijiet Ekklesjastiċi, Kap. 358

Il-validazzjoni u l-verifika ta’ data ttrasferita lill-Uffiċċju Konġunt mill-Entijiet Ekklesjastiċi.

Ir-reġistrazzjoni tal-proprjetajiet kollha fir-Reġistru tal-Artijiet, li huwa amministrat mill-Uffiċċju Konġunt, kif ukoll dawk kollha miżmuma mill-Entijiet Ekklesjastiċi.