Kumitat ta’ Kontroll tal-Uffiċċju Konġunt

Twaqqaf Kumitat ta’ Kontroll bil-funzjoni li jippromwovi u jimmonitorja l-applikazzjoni korretta u fil-ħin xieraq tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim b’referenza partikolari għal dak li hemm stipulat fl-Artikolu 7 flimkien max-xogħol assenjat mill-Uffiċċju Konġunt.  Huwa kompost minn żewġ membri li jirrappreżentaw lis-Santa Sede u żewġ membri li jirrappreżentaw il-Gvern ta’ Malta. Il-Kumitat ta’ Kontroll jiltaqa’ tal-inqas kull xahrejn u huwa ppresedut, b’mod alternanti, minn rappreżentant tas-Santa Sede u minn rappreżentant tal-Gvern ta’ Malta.

Membri Tal-Kumitat

Is-Sur John Sciberras
Membru

Dr Vincent Miceli
Membru

Rev Alfred Calleja
Rappreżentant tas-Santa Sede

Amb Roberto Buontempo
Rappreżentant tas-Santa Sede

Dr Anita Giordimaina
Segretarja