FAQs

Il-miżata amministrattiva trid titħallas meta tiġi infurmat(a) dovutament mill-Uffiċċju Konġunt jew mill-Awtorità tal-Artijiet. M’intix meħtieġ(a) tagħmel xi ħlas fl-istadju tal-applikazzjoni.

Le. L-applikanti ma jeħtiġux li jerġgħu japplikaw jekk diġà għandhom allokazzjoni ta’ fidi pendenti taħt waħda mill-Iskemi passati.

L-applikanti li għadhom qed jistennew li jiġu rikonoxxuti għandu mnejn xorta jkunu eliġibbli li japplikaw sakemm jippreżentaw evidenza tat-talba pendenti tagħhom għar-rikonoxximent.

Applikanti huma eliġibbli biex japplikaw biss hekk jippreżentaw evidenza li l-proprjetà inkwistjoni qed tintuża bħala r-residenza ordinarja jew post ta’ villeġġjatura tagħhom.

Iva. Garaxxijiet li huma interkonnessi ma’ residenza, jew li jiffurmaw parti mill-konċessjoni taċ-ċens jew il-ftehim tal-kirja oriġinali rilevanti, huma eliġibbli taħt din l-Iskema.

Sakemm il-proprjetà hija r-residenza ordinarja tal-inqas ta’ wieħed mill-werrieta.

Le, jekk fid-data tal-applikazzjoni, iċ-ċens temporanju relattiv ikun skada mela ma jkunx possibbli li tifdi ċ-ċens.

Iva, sakemm l-applikant il-ġdid jinforma lill-Awtorità tal-Artijiet bl-intenzjoni tiegħu li jkompli bl-applikazzjoni u sakemm ukoll li l-proprjetà inkwistjoni se tkun ir-residenza ordinarja tal-applikant(i).

Biex tibqa’ infurmata dwar l-aħħar aħbarijiet u aġġornamenti mid-dipartiment tal-ministeru tagħna, nirrakkomandaw li ssegwina fuq Facebook għal informazzjoni importanti.

Tista’ taċċessa informazzjoni dwar is-servizzi tal-gvern li noffru billi tesplora t-taqsima “Servizzi” tal-websajt tagħna.

Tista’ faċilment tilħaq id-dipartiment billi żżur is-sezzjoni “Ikkuntattjana” fuq il-websajt tagħna.